Friday, December 13, 2024

Nisa: Manuela Tesse ssejjaħ l-iskwadra nazzjonali għal kontra l-Ungerija

Aqra wkoll

It-team nazzjonali tan-nisa Malti se jilgħab partita ta’ ħbiberija kontra l-Ungerija nhar it-Tlieta li ġej, 3 ta’ Diċembru, fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali, li tibda fis-2.00 pm.

Bi tħejjija għal din il-partita, it-team se jilgħab partita ta’ taħriġ  kontra l-is­tess Ungerija, illum il-Ġimgħa, li se ssir fit-Training Grounds f’Ta’ Qali bil-bibien magħ­luqa.

Din il-logħba ta’ ħbiberija hija parti mill-preparazzjoni ta’ Malta għall-kampanja ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Women’s Nations League li jmiss, fejn ġew imtellgħin fi Grupp C2 flimkien ma’ Ċipru, Georgia u Andorra, u t-team se juża l-partita kontra l-Ungerija biex jirfina t-tattiċi u jibni momentum qabel dawn il-partiti importanti.

Il-coach Manuela Tesse, ħabbret skwadra proviżorja fejn hija ħerqana li tevalwa lill-players tagħha f’ambjent kompetittiv qabel ma jibdew il-partiti tan-Nations League.

Il-logħba se tintwera diretta fuq TVMSports+.

L-iskwadra ta’ 27 player magħżula minn Tesse hija:

Goalkeepers: Gulia D’Antuono, Patricia Ebejer (Mgarr U.), Christiana Pisani (Lija A.).

Difensuri: Charlene Zammit, Valentina Rapa (Birkirkara), Emma Lipman (Genoa), Alexandra Gatt (Durham), Emma Xuereb, Tammy Falzon (Swieqi U.), Abigail Camil­leri, Rebecca Bajada (Mgarr U.), Jessica Dimech (Hibernians).

Midfielders: Shona Zammit (Swieqi U.), Rachel Cuschieri (Genoa), Brenda Borg, Maia Debono (Mgarr U.), Yulya Carella, Michela Cachia, Sarah Urpani (Swieqi U.), Nicole Sciberrras (Hibernians), Gabriella Zahra (Birkirkara).

Attakkanti: Maria Farrugia (Sheffield U.), Ylenia Carabott (AFC Fylde), Haley Bugeja (Inter), Kailey Willis (Venezia), Maya Lucia (AP Orlen Gdańsk, Polonja), Leah Ayres (Hibernians).

TELFIET KBAR GĦALL-U/15 F’PARTITI TA’ ĦBIBERIJA

It-team nazzjonali Malti tas-subien ta’ Taħt il-15-il sena, sofra żewġ telfiet kbar bl-iskors ta’ 4-1 u 5-0 f’partiti ta’ ħbiberija kontra l- Montenegro.

Kif jindikaw ir-riżultati, it-team immexxi mill-coach, Jonathan Holland, sabha diffiċli biex jinfiltra d-difiża avversarja.

Il-goals tal-ewwel logħba ġew minn Nikola Vukoje (9, 15 u 52) li skorja hat-trick u Alek­sa Causevic (32) għal Montenegro waqt li Lukas Wright (49) skorja l-goal Malti.

Fit-tieni logħba l-goals waslu minn Nikola Milacic (2), Jovan Petrovic (39) Nikola Vukoje (84) u Luka Vusurovic (86 u 88).

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport