Wednesday, December 11, 2024

ARA: Tnejn isofru xi ġrieħi f’operazzjoni tat-tifi tan-nar li għadha għaddejja

Aqra wkoll

Żewġ persuni sofrew xi ġrieħi waqt operazzjoni delikatara f’żona industrijali fil-limiti tan-Naxxar.

Ħabbar dan il-Ministru Byron Camilleri filwaqt li kkonferma li n-nirien huma kontrollati, żied li l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għadhom għaddejjin b’din l-operazzjoni.

Infatti ritratti meħudin minn dan is-sit ftit tal-ħin ilu jikkonfermaw dan hekk kif minkejja li m’hemmx sinjali ta’ nirien għad hemm dħaħen evidenti fiż-żona.

S’issa Triq Burmarrad f’Burmarrad tinsab kompletament magħluqa għat-traffiku filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport