Friday, December 13, 2024

Malta Premier: Sliema W. u Hamrun S. fl-aqwa partita ta’ tmiem il-ġimgħa

Aqra wkoll

Mil-lum sal-Ħadd li ġej tintlagħab it-13-il ġurnata tal-Malta Premier hekk kif it-taqtiegħa għall-ewwel post qed tin­tensifika wara ż-żewġ tel­fiet konsekuttivi tal-leaders Birkirkara wara li dawn kienu qed igawdu vantaġġ ta’ tmien punti. 

U meta fadal erba’ logħbiet biex jiġi deċiż ir-rebbieħ tal-Ewwel Fażi, il- Kar­kariżi jridu jilagħbu f’par­titi diretti kontra ż- żewġ timijiet li qed isegwuhom – Floriana u Sliema Wanderers rispettivament u għaldaqstant kollox jista’ jseħħ.

L-Istripes jibdew favoriti meta jiltaqgħu kontra Mosta filwaqt li mhux l-is­tess jista’ jingħad għal Floriana u Sliema Wanderers meta dawn ikunu nvoluti f’konfronti diffiċli kontra Hibernians u Hamrun Spar­tans.

Fil-Bottom Six, l-atten­zjoni dejjem tkun immirata fil-ġlieda kontra r-rele­gazzjoni … fejn hemm erba’ timijiet jissieltu biex ma jtemmux fl-aħħar żewġ pos­tijiet.

Iżda anke jekk jiġri dan minħabba li fit-Tieni Fażi jistgħu jirrimedjaw il-po­żizzjonijiet tagħhom.

Gzira, li jinsabu fl-ew­wel post ta’ din il-kategorija jilagħbu kontra Naxxar Lions li fi tmiem il-ġimgħa li għadda nqalgħu mill-post ta’ qabel l-aħħar.

Marsaxlokk, li fil-bidu tal-istaġun kellhom aspettattivi kbar, jaffrontaw lil Melita filwaqt li l-aħħar konfront ikun bejn it-timijiet fl-aħħar żewġ postijiet – Balzan u Zabbar St Patrick.

Sliema W. v Hamrun S. – Sliema Wanderers, li ma ġewx megħluba fl-aħħar ħames ħarġiet fejn irreġistraw erba’ rebħiet, jiltaqgħu kontra Hamrun Spartans, friski mir-rebħa ta’ 2-0 fuq Birkirkara.

Dan huwa konfront bilanċjat u jista’ jmur kull naħa minkejja li l-Ispartans qed jutilizzaw bosta żgħażagħ f’dan it-tieni round tal-Ewwel Fażi qabel ma, f’Jannar li ġej, isaħħu l-iskwadra fit-tentattiv li jirbħu t-Tieni Fażi u jaqtgħu l-biljett għall-partita deċiżiva għar-rebħ tal- kam­pjonat. 

Fl-ewwel round, il-Blues kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 u għaldaqstant jimmiraw li jiksbu double fuq l-Ispartans.

Floriana v Hibernians – Floriana, li jistgħu jħossuhom ferm fortunati li kisbu t-tliet punti kontra Mosta meta dawn tal-aħħar fallew penalty fil-ħin miżjud qabel ma l-Greens skorjaw l-uniku goal tal-partita, jaffrontaw lil Hibernians li ġejjin minn telfa ta’ 3-1 kontra Sliema Wanderers.

Floriana huma l-uniku team bla telfa iżda jekk iridu jżommu dan ir-rekord iridu jgħollu l-logħba tagħhom minħabba li l- wirja kontra Mosta xejn ma kie­net konvinċenti.

Min-naħa tal-Pawlisti,  huwa mperattiv li jirritor­naw għar-rebħ minħabba li t-telf ta’ punti jaqtagħhom minn kull kuntatt mil-leaders Birkirkara.

Huma għandhom lil Khevin Rodrigo Fraga sospiż filwaqt li Floriana se jkunu msaħħa bir-ritorn ta’ Emerson Santos De Souza minn sospensjoni.

Fl-ewwel round iż-żewġ timijiet temmew fi draw ta’ 1-1.

Birkirkara v Mosta – Birkirkara jridu jagħrfu kif jirriorganizzaw lilhom infushom meta jiffaċċjaw lil Mosta.

Bħalissa l-moral tal-Kar­kariżi jinsab ferm baxx wara li fl-aħħar żewġ logħbiet sfaw megħluba minn Floriana (3-1) u Hamrun Spartans (2-0) biex il-vantaġġ niżel għal żewġ punti.

Min-naħa ta’ Mosta, jin­żlu għal din il-partita mingħajr l-ebda pressjoni min­ħabba li laħqu t-tragward tagħhom li jikkwalifikaw mat-Top 6. Infatti huma jin­­sabu fl-aħħar post.

Birkirkara se jkunu mingħajr l-aqwa skorer tal- kampjonat s’issa b’disa’ goals, Maxuell Maia.

Iżda huma se jkunu msaħħa bir-ritorn ta’ Gna­mien Gislain Yikpe minn sospensjoni.

Fl-ewwel round, l-Istri­pes għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 1-0.    

Gzira U. v Naxxar L. – Din hija partita bejn żewġ timijiet li ġejjin minn rebħa – Gzira United fuq Zabbar St Patrick (2-1) u Naxxar Lions fuq Melita (3-0).

Il-pressjoni se tkun fuq in-Naxxarin minħabba li rebħa tkompli tbiegħdhom min-naħa t’isfel tal-klassifika.

Il-Maroons se jkunu min­għajr is-sospiż Joseph Minala li din se tkun ir-raba’ waħda tiegħu f’dan l-is­taġun.

Fil-logħba diretta pre­ċedenti ż-żewġ timijiet kie­nu spiċċaw 1-1. 

Melita v Marsaxlokk – Melita jiltaqgħu f’logħba diffiċli kontra Marsaxlokk fejn jimmiraw li ma jo­ħorġux b’idejhom vojta biex ma jispiċċawx fl-aħħar żewġ postijiet.

Filwaqt li x-Xlukkajr ma għandhomx problemi ta’ players neqsin, Melita ma jistgħux jagħmlu użu mis- sospiżi, Aldair Simanca Pena u Henrique Marcelina Motta iżda jirritorna Marc Van De Font Bovenkamp minn sospensjoni.

Fl-ewwel round Melita rebħu bl-iskor ta’ 2-1. 

Balzan v Zabbar SP – Dan huwa konfront bejn l-aħħar żewġ timijiet li jitqies bħala wieħed bilanċjat.

Balzan għandhom lil Nicholas Pulis, Oluwatobiloba Dimeji Awosanya u Kevin Williams sospiżi.

Fl-ewwel round, Zabbar rebħu bl-iskor ta’ 2-0.

Malta Premier: Sliema W. u Hamrun S. fl-aqwa partita ta’ tmiem il-ġimgħa

Minn Cristian Muscat

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport