Monday, December 9, 2024

Conference League: Chelsea jżommu l-ewwel post

Aqra wkoll

Chelsea żammew l-ewwel post tal-Fażi tal- Kampjonat tal-UEFA Conference League b’rebħa ta’ 2-0 fuq Heidenheim.

Heidenheim v Chelsea – F’partita divertenti, barra minn darhom Chelsea għelbu lit-team Ġermaniż ta’ Heidenheim bl-iskor ta’ 2-0. bil-goals jaslu fit-tieni taqsima. 

Kienet partita bilanċjata u movimentata u qabel skorjaw iż-żewġ goals, il-goalkeeper ta’ Chel­sea, Filip Jorgensen, evita goal ċert fuq tentattiv ta’ Paul Wanner.

Kien Christopher Nkun­ku (51) li fetaħ l-iskor għall- Pensioners filwaqt li Mykhailo Mudryk (86) isiġġilla r-rebħa.

Fil-ħin miżjud Chelsea kellhom lil Cesare Casadei mkeċċi għal żewġ karti sofor.     

Fiorentina v Pafos – Fiorentina telgħu fis-sitt post tal-klassifika metalaqgħu lit-team Ċiprijott ta’ Pafos u ħarġu rebbieħa bl- iskor ta’ 3-2, bil-goals jaslu minn Christian Kouame (38), minn auto- goal ta’ David Goldar (53) u minn Lucas Martinez (73) filwaqt li Jairo da Silva (68) u Jaja (88) wieġbu għal Pafos. 

Cercle Bruges v Hearts – Cercle Bruges għelbu lil Hearts 2-0 permezz ta’ Ma­lamine Efekele (40) u Gary Magnee (92).

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport