Wednesday, May 15, 2024

ARA: Vireg tal-ħadid jikkawżaw ħsarat estensivi fuq karozzi pparkjati fil-Marsa

Aqra wkoll

Numru ta’ karozzi ġarbu ħsarat wara li waqgħu għadd ta’ rombli tal-ħadid minn trailer li kien għaddej Triq Giuseppe Garibaldi fil-Marsa.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident għalkemm erba’ karozzi tal-għamla BMW, Nissan March, Toyota Starlet, Toyota Vitz u Renault Clio sofrew ħsarat varji.  

Jidher li l-inċident seħħ wara li ċ-ċineg li kienu qed iżommu l-vireg għal xi raġuni spiċċaw inqatgħu u konsegwentament il-vireg inqalbu għal fuq karozzi li kien hemm ipparkjati.

Il-pulizija u uffiċjali tal-LESA u Transport Malta qed jidderiġu t-traffiku sakemm jitneħħew il-vireg li qed jostakolaw l-imsemmija triq.

Sport