Saturday, May 4, 2024

Organizzat il-Vintage Motors Festival

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Is-Sibt u l-Ħadd, 22 u 23 ta’ Ottubru, il-Federazzjoni Maltija Vetturi Antiki, bl-appoġġ tal-Enemed, Continental Cars u l-klabbs affiljati tagħha, qed torganizza l-Vintage Motors Festival. Il-festival jikkonsisti f’ġirja ta’ regolarità u wirjiet ta’ karozzi antiki fi tliet pjazez famużi f’Għawdex.

L-ewwel parti tal-ġirja ta’ regolarità qed iseħħ f’Malta, is-Sibt 22, bit-tluq jkun mill-post tal-’Old Motors Club Malta fil-Mosta fis-2:00 p.m It-tieni parti titlaq miż-żona tal Marina fil-port tal-Imġarr Għawdex il-Ħadd fl-10:30 a.m.

It-tliet wirjiet ta’ karozzi antiki ser isiru fi Pjazza tan-Nadur, ir-Rabat u Għajnsielem.

Dawk kollha li jixtiequ jgawdu l-vetturi li ser jieħdu sehem f’dan il-festival jistgħu jkunu ħdejn l-‘Old Motors Club’ il-Mosta s-Sibt fis-2:00 p.m, fil-Port tal-Imġarr f’Għawdex il-Ħadd fl-10:30 a.m jew il-Pjazza tan-Nadur, ir-Rabat jew Għajnsielem.

Sport