Friday, April 19, 2024

Ara x’kien liebes Karmenu Fino dakinhar li għeb

Aqra wkoll

Fir-ritratt t’hawn fuq jidher kif kien liebes is-Sur Fino dakinhar li ġie rrapurtat nieqes.

Il-Pulizija tixtieq tinforma lill-pubbliku li t-tfittxijiet għal Karmenu Fino, ir-raġel ta’ 83 sena li ġie rrappurtat nieqes fit-28 ta’ Ġunju li għadda, għadhom għaddejjin b’mod intensiv. 

Ir-ritratt t’hawn taħt huwa ritratti iżjed riċenti tas-Sur Fino biex ikun jista’ jgħin sabiex jiġi identifikat.

Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija f’forma ta’ appell intqal li huwa deher l-aħħar fl-akkwati ta’ Ħal Luqa. 

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119, jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija. 

Sport