Sunday, December 29, 2024

ARA: Żagħżugħ Ingliż jixħet tifel bl-awtiżmu ġo tank taż-żibel bħala ċajta

Aqra wkoll

Jordan Scott, żagħżugħ ta’ 24 sena, ammetta li tefa’ lil Maverick Bond — tifel ta’ tmien snin li għandu l-kundizzjoni tal-awtiżmu — ġo tank taż-żibel bħala ċajta u wara qabad jagħti lil ħuh il-kbir, Jason Clemance, ta’ 19-il sena.

Maverick – it-tifel ta’ tmien snin li għandu l-kundizzjoni tal-awtiżmu

Rachel, omm iż-żewġ individwi li sofrew din l-aggressjoni, ġibdet filmat waqt li beda jsir l-attakk. Hija qalet li l-familja tinsab imbeżżgħa wisq b’dan l-inċident li seħħ tant li kellhom jitilqu mid-dar li kienu qed jgħixu fiha fi Blackburn (ir-Renju Unit).

F’dan l-attakk, Jason sofra ġrieħi f’wiċċu u f’partijiet differenti ta’ ġismu, però l-aggressur kulma weħel kienu 100 siegħa servizz lill-komunità u avviż legali ta’ madwar £200.

“Jiddispjaċini li kellna din l-evidenza kollha rrekordjata fuq il-kamera biex imbagħad m’għamlet differenza ta’ xejn meta ngħatat is-sentenza lill-aggressur. Bullies bħalu jixirqilhom sentenzi ħorox iżjed minn dawn,” saħqet Rachel.

Ekonomija

Sport