Friday, May 17, 2024

“Il-kapitlu ta’ Lionel Messi ma’ Barcelona għadu mhux terminat”

Joan Laporta

Aqra wkoll

Il-president ta’ Barcelona Joan Laporta qal li l-kapitlu ta’ Lionel Messi fil-club għadu mhux terminat, u ta ħjiel għal ritorn possibbli fil-Camp Nou għall-attakkant ta’ Paris Saint-Germain.

Il-player ta’ 34 sena ħalla lil Barcelona bi free transfer fis-sajf li għadda minħabba l-problemi finanzjarji tal-grupp Katalan, u fl-aħħar mill-aħħar iffirma ftehim ta’ sentejn ma’ PSG.

Messi temm l-istaġun 2021-22 bi 11-il goal u 14-il assist f’34 dehra għaċ-champions Franċiżi, iżda sab ix-xibka f’sitt okkażjonijiet biss fil-Ligue 1 u ffaċċja kritika għall-wirjiet tiegħu.

Sport