Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri żewġ nisa jiġu fl-idejn u saħansitra jaqgħu fuq xulxin wara li nqala argument bejniethom fil-ħanut ta’ Primark.
Waħda min-nisa tinstema’ tgħid “Ħallini u nħallik”. Ftit wara l-istess mara bdiet tgħajjar lilll-oħra kliem oxxen bi sħabha jidħku b’dak li bdiet tgħidilha.
Għalkemm għadu mhux ċert x’wassal għal dan l-argument u għaliex bdiet din il-ġlieda, il-pulizija qalet li kien hemm is-sigurtà fil-ħanut u immedjatament ħadu ħsieb huma. Dan il-filmat qed idur mal-midja soċjali b’rata mgħaġġla tant li qed ikun hemm mijiet ta’ nies ixerrduh.