Żewġ sewwieqa ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li għall-ħabta tas-1:50 p.m. kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq tal-Barrani fiż-Żejtun.
Mill-ewwel informazzjoni li għandna jirriżulta li l-ħabta seħħet bejn vann tat-tip Toyota Dyna misjuq minn raġel ta’ 27 sena residenti Birkirkara li għal xi raġuni tilef il-kontroll u nqaleb baqa’ dieħel f’Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 49 sena residenti Birżebbuġa.
Fil-post post issejjaħ minnufih tim mediku u ambulanzi li ħadu liż-żewġ sewwieqa lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. S’issa l-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.