Wednesday, July 24, 2024

Kailey Willis tingħaqad ma’ Venezia FC Femminile

Aqra wkoll

Venezia FC Femminile ħabbru l-iffirmar tal-attakkanta Malti Kailey Willis, li ffirmat ftehim sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Wara li kibret maż-żewġ timijiet Maltin Tarxien Rainbows u Birkirkara FC, Kailry ħalliet pajjiżna fl-età ta’ 17-il sena biex tingħaqad ma’ Hellas Verona, fejn lagħbet għal żewġ staġuni u rnexxielha wkoll tagħmel id-debutt tagħha fis-Serie A. Fil-karriera tagħha , hi libset ukoll il-flokkijiet ta’ Chievo Verona Women u AS Meran Women.

Fuq livell internazzjonali, Willis għaddiet mit-timijiet kollha fit-timijiet nazzjonali taż-żgħażagħ Maltin, u għamlitha mat-tim nazzjonali tal-kbar fejn s’issa skurjat tliet gowls f’ħames dehriet.

Ekonomija

Sport