Sunday, December 22, 2024

ARA: ŻEWĠT IRĠIEL IMUTU F’ĦABTA BEJN MUTUR U KAROZZA FIL-MOSTA

PERSUNA OĦRA FIL-PERIKLU TAL-MEWT

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li l-ħabta seħħet bejn Smart Fortwo, misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti l-Mellieħa, u mutur Yamaha Crypton, li fuqu kien hemm żewġt irġiel Pakistani ta’ 41 u 33 sena, it-tnejn jgħixu f’San Pawl il-Baħar.

Ritratti: JOSEPH CALEJJA, BRIAN GATT

Fuq il-post intalbet l-assistenza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei fejn sfortunatament, il-Pakistani ta’ 33 sena ġie iċċertifikat mejjet fuq il- post u ż-żewġt irġiel l-oħra ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, il-Pakistani l-ieħor ukoll tilef ħajtu minħabba l-ġrieħi serji li sofra filwaqt li l-kundizzjoni tar-raġel l-ieħor għadha pendenti.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

7.45 a.m: Raġel ieħor fil-periklu tal-mewt…

Raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa spiċċa tilef ħajtu hekk kif kien involut f’inċident tat-traffiku Triq iż-Żejfa fil-Mosta.

It-tieni persuna oħra li kien riekeb fuq il-mutur ingħatat assistenza medika fuq il-post, fejn anke kellha tingħata CPR minħabba ġrieħi serji li sofriet. Dan ir-raġel ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed fil-periklu tal-mewt.

Is-sewwieq tal-karozza wkoll ittieħed ukoll lejn l-Isptar Mater Dei, iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Jirriżulta li r-raġel li tilef ħajtu kien qed issuq mutur li mal-impatt tar minn fuqu u spiċċa f’għalqa fil-ġenb tat-triq.

Bil-każ ġie informat il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana li ħatar inkjesta.

Il-pulizija għadhom qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

06.40 am: RAĠEL IMUT F’ĦABTA VJOLENTI FIL-MOSTA

Raġel tilef ħajtu wara li aktar kmieni kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq iż-Żejfa l-Mosta.

Talk.mt jinsab infurmat li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:15 a.m bejn mutur u karozza u li fih kienu involuti tliet persuni.

Fil-post issejjaħ minnufih tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jagħti l-ewwel għajnuna filwaqt li l-Pulizija bdiet bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.

Sfortunatament wieħed mill-persuni ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post filwaqt li tnejn oħra ttieħdu lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Ekonomija

Sport