Arġentin fil-periklu tal-mewt wara li weġġa’ fi scrap yard

Aqra wkoll

Raġel ta’ 47 sena mill-Arġentina sofra ġrieħi serji wara inċident li seħħ għall-ħabta ta’ l-10.25am, fi scrap yard, fi Triq tal-Barrani, Żejtun.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li waqt li r-raġel kien qiegħed jaqta’ l-ħadid b’apparat tal-gas, għal xi raġuni seħħet xi ħsara fl-istess apparat, bil-konsegwenza li l-ħaddiem sofra ħruq. 

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jassistu. Ir-raġel ittieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Renata Farrugia LL.D li fetħet inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport