Saturday, December 21, 2024

Armamenti militari mir-Repubblika Ċeka fi triqithom lejn l-Ukrajna

Aqra wkoll

Ritratti li qed jinxterdu fuq il-midja soċjali juru armamenti militari, fosthom tankijiet tal-gwerra, li telqu mill-istazzjon tal-ferroviji  ta’ Jihlava, ir-Repubblika Ċeka. Skont rapport li ħareġ dalgħodu mill-BBC, dawn l-armamenti jinsabu fi triqithom lejn l-Ukrajna.

It-Tlieta li għadda, il-Ministru għad-Difiża tar-Repubblika Ċeka, Jana Cernochova, żvelat li fil-jiem li ġejjin ir-Repubblika Ċeka — pajjiż li fil-passat kien f’alleanza mal-Unjoni Sovjetika — se tibgħat “armamenti militari essenzjali” lill-Ukrajna. 

Is-Segretarju Ġenerali fi ħdan in-NATO, Jens Stoltenberg, naqas milli jagħti informazzjoni dwar l-armamenti li se jingħataw lill-Ukrajna. Madanakollu, Stoltenberg argumenta li l-passi mittieħda mill-pajjiżi tan-NATO huma “sinjifikanti”.

Ekonomija

Sport