Saturday, May 18, 2024

“Dawk li ma kinux eletti kellhom sehem importanti u għad baqgħalhom x’joffru”

Aqra wkoll

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu wara li aktar kmieni tħabbru d-Deputati Laburisti li ġew eletti fl-elezzjonijiet każwali tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru Robert Abela rringrazzja lill-kandidati kollha. Huwa sostna li dawk li ma kinux eletti wkoll kellhom sehem importanti fir-riżultat tal-Partit Laburista u għad għandhom ħafna x’jikkontribwixxu.

Il-Prim Ministru qal li grupp parlamentari magħżul għandu ħafna ħidma quddiemu. Kompla biex jgħid li fl-aħħar snin ġie implimentat programm leġiżlattiv qawwi u għall-ħames snin li ġejjin hemm ħafna iktar bidliet ambizzjużi x’jitwettqu.

1 kumment

Comments are closed.

Sport