Saturday, May 4, 2024

Kanċer f’età żgħira ma jwaqqafx lil Corinne milli tilħaq l-aspirazzjonijiet tagħha

Aqra wkoll

Issa li resqin lejn il-Ġimgħa l-Kbira, fadal biss ftit jiem ‘il bogħod mill-maratona annwali b’risq Puttinu, maratona li tgħin sabiex jinġabru fondi li jiġu allokati lill-pazjenti fil-bżonn.

Fost dawk l-individwi li għamlu użu mis-servizzi ta’ Puttinu Cares insibu lil Corinne – l-ewwel tifla li kellha bżonn l-ewwel appartament mikri minn Puttinu. 

Puttinu, fuq il-midja soċjali ddeskrivew lil Corinne bħala persuna b’determinazzjoni kbira, fejn saħansitra għalkemm ta’ 12-il sena kellha kanċer, hija baqgħet tistudja waqt li kienet għaddejja bit-trattament. Illum, Corinne hija avukata.

It-tfajla tiddeskrivi lil Puttinu bħala atmosfera ta’ ġenerożità u mħabba.

Sport