Tuesday, December 24, 2024

Arnold Schwazenegger jintlemaħ fuq ir-rota ftit sigħat wara l-inċident t’erba’ vetturi

Aqra wkoll

Arnold Schwazenegger ma ħalliex ħabta twaqqfu milli jkompli bl-attività fiżika u dan hekk kif ftit sigħat biss wara li kellu l-inċident intlemaħ fi triqtu lejn il-gym.

L-attur ta’ 74 sena deher isuq waħda mill-vetturi kbar tiegħu u saħansitra deher ukoll ikompli bl-attività fuq rota f’Los Angeles.

F’ritratti li ttieħdu mill-post tal-inċident, il-vettura tiegħu dehret li telgħet fuq mill-inqas żewġ vetturi oħra.

Skont dak li ġie rrappurtat, huwa kien qed idur fit-triq traffikuża meta l-karozza tiegħu ħabtet ma’ Prius u l-GMC Yukon SUV tiegħu spiċċat fuq il-karozza l-oħra.

Kawża ta’ dan l-inċident ix-xufiera tal-Prius ittieħdet l-isptar għall-kura minħabba xi ġrieħi li kellha f’rasha.

Kelliem ta’ Schwarzenegger qal li l-attur ma weġġax f’dan l-inċident tant li baqa’ fil-post u kien ukoll tkellem mal-pulizija u mal-persuna feruta.

Dawn tal-aħħar kkonfermaw li ma kien sar l-ebda arrest u eskludew involviment ta’ droga u alkoħol.

Ekonomija

Sport