Tuesday, April 30, 2024

Il-Pulizija tfittex raġel li aggredixxa ieħor fiż-Żebbuġ, Għawdex

Aqra wkoll

Sudaniż ta’ 26 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li allegatament safa aggredit minn raġel ieħor b’arma li taqta’ u bil-ponta.

Kien is-Sibt, għall-ħabta tal-10.30 p.m, meta r-raġel daħal fl-Għassa ta’ Marsalforn jirrapporta din l-aggressjoni fuqu li allegatament seħħet fi Triq il-Qbajjar, iż-Żebbuġ, Għawdex.

Minħabba li s-Sudaniż kellu xi ġrieħi, il-Pulizija talbet l-assistenza medika u ambulanza ħaditu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet u bit-tfittxijiet għall-aggressur.

Sport