Is-sewwieq Malti Warren Sciberras kiseb it-tielet post fl-aħħar rawnd tal-GTC Challenge, li sar fiċ-ċirkwit famuż ta’ Mugello fl-Italja matul tmiem il-ġimgħa tal-14 u l-15 ta’ Novembru.
Waqt li kien qed jikkompeti fil-kategorija Porsche GT3 Cup, Sciberras ħa fuqu sfida ġdida hekk kif saq karozza Porsche Cup għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu tat-tlielaq.
Minkejja kemm hi impenjattiva l-karozza u l-isfidi tekniċi taċ-ċirkwit ta’ Mugello, is-sewwieq Malti wettaq prestazzjoni eċċellenti u rnexxielu jitla’ fuq il-podju!
Il-GTC Challenge tinkludi karozzi sportivi ta’ prestazzjoni għolja li jikkompetu f’diversi kategoriji f’uħud mill-aktar ċirkwiti tat-tlielaq rinomati fl-Italja.
Prosit lil Warren Sciberras għal dan is-suċċess fantastiku – riżultat pożittiv ieħor għall-motorsport Malti fix-xena internazzjonali!




