Alexander Zverev se jiddefendi ruħu kontra kawża mressqa mill-eks sieħba tiegħu Brenda Patea, dwar kummenti li allegatament għamel fuq każ preċedenti ta’ vjolenza domestika.
Patea, omm it-tifla ta’ Zverev, qed tikkontesta dikjarazzjonijiet li l-Ġermaniż għamel f’intervista mal-gazzetta L’Équipe, fejn sostna li kien ġie ppruvat innoċenti.
L-avukati tagħha jsostnu li dawn il-kummenti kisru ftehim li kien jipprojbixxi liż-żewġ naħat jitkellmu pubblikament dwar il-każ.
L-avukati ta’ Zverev qalu li l-player se jiddefendi ruħu, filwaqt li sostnew li kellu d-dritt jesprimi l-opinjoni tiegħu.
Il-każ oriġinali kien intemm fl-2024 permezz ta’ ftehim barra l-qorti, mingħajr verdett dwar il-ħtija jew l-innoċenza. Zverev dejjem ċaħad l-akkużi.




