Wednesday, November 18, 2026
Home Sport L-MFPA tirbaħ il-FIFPro Union Impact Award 2026 waqt il-General Assembly f’Panama City

L-MFPA tirbaħ il-FIFPro Union Impact Award 2026 waqt il-General Assembly f’Panama City

0
35

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Players tal-Futbol (MFPA) rebħet il-FIFPro Union Impact Award 2026 waqt il-General Assembly f’Panama City, bħala rikonoxximent għall-proġett innovattiv ta’ eżamijiet mediċi ta’ qabel l-istaġun.

Permezz ta’ din l-inizjattiva, aktar minn 360 plejer minn 21 klabb fil-Malta Challenge League u l-Women’s League ibbenefikaw minn eżamijiet mediċi u sessjonijiet edukattivi, kollha kkoordinati permezz ta’ programm wieħed.

Dan il-premju jirrifletti l-impenn tal-MFPA biex tħares is-saħħa, is-sigurtà u l-benesseri tal-plejers, filwaqt li tkompli taħdem biex tipproteġi d-drittijiet tagħhom.

Unur li jappartjeni lill-plejers kollha, għax il-benesseri tagħhom jibqa’ dejjem il-prijorità!

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here