Sunday, May 19, 2024

Arrestat b’rabta ma’ traffikar u importazzjoni tad-droga lejn Malta minn Sqallija

Aqra wkoll

Raġel ta’ 32 sena residenti Marsaxlokk ġie arrestat waqt operazzjoni li saret mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, b’rabta ma’ traffikar u importazzjoni tad-droga lejn Malta minn Sqallija.

L-arrest sar tard nhar it-Tnejn filgħaxija wara li l-Pulizija kienu qegħdin isegwu l-movumenti ta’ dinghy. Kienu għall-ħabta tas-7.00p.m. xħin il-Pulizija ċċirkondaw id-dinghy hekk kif trakka ma’ moll f’Dellimara.

Fuq id-dinghy kien hemm ir-raġel u wara li saret tfittxija instabu erba’ kilos cannabis, li l-valur fit-triq ilaħħaq iktar minn €100,000.

Il-Magistrat tal-Għassa Victor Axiak qiegħed imexxi inkjesta.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum, fit-3.00p.m., quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo.

Sport