Saturday, May 4, 2024

Von der Leyen żvelat numru ta’ proposti bħala miżuri kontra r-Russja

Aqra wkoll

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, dalgħodu żvelat numru ta’ proposti għas-sitt rawnds ta’ sanzjonijiet kontra r-Russja. Skont il-midja Ingliża BBC, huwa rrappurtat li von der Leyen qalet lill-membri tal-Parlament Ewropew li “Putin irid iħallas prezz għoli għall-aggressjoni brutali li wettaq fl-Ukrajna”.

Is-sett ta’ proposti ġodda jinkludu:

  • L-Unjoni Ewropea se tipprova ssib mezz sabiex ma tibqax dipendenti fuq il-provvista taż-żejt Russa.
  • Il-qtugħ internazzjonali ta’ servizzi bankarji minn ma’ tliet banek Russi: Sberbank, Credit Bank of Moscow, Russian Agricultural Bank.
  • It-twaqqif ta’ trażmizzjonijiet minn tliet mezzi tax-xandir Russi fuq il-cable, is-satellita u l-internet ta’ pajjiżi fl-Ewropa.
  • 58 persuna mill-armata Russa għandhom jiġu penalizzati — dawn jinkludu lil dawk l-individwi li wettqu krimini ta’ gwerra f’Bucha u oħrajn li assedjaw lil Mariupol.

Madanakollu, f’dawn il-proposti għas-sitt rawnds ta’ sanzjonijiet ma jidhirx li kien hemm miżura sabiex l-Ewropa tieqaf timporta l-gass mir-Russja. Dan probabbilment ġara minħabba li l-analisti qed isostnu li l-istati membri tal-Unjoni Ewropea se jsibuha ferm iżjed diffiċli sabiex isibu sorsi alternattivi.

Sabiex dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ, hemm bżonn qbil unanimu bejn l-istati membri.

Sport