Monday, April 29, 2024

ARRESTAT IS-SUSPETTAT AGGRESSUR TAL-EWWEL OMIĊIDJU TAS-SENA

Identifikat ukoll il-vittma

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament, il-kelliem għall-Pulizija Brandon Pisani kkonferma li fl-aħħar ħin il-Pulizija arrestat is-susspettat aggressur tal-ewwel omiċidju tas-sena fir-Rabat.

Huwa kkonferma li dan ġie arrestat fil-limiti tar-Rabat fejn seħħ l-omiċidju filwaqt li kompliet għaddejja l-inkjesta Maġisterjali bil-għan li tistabbilixxi d-dinamika tal-każ.

6:15 p.m: Identifikat il-vittma tal-omiċidju fir-Rabat

Eric Borg ta’ 27 sena mir-Rabat huwa l-vittma tal-ewwel omiċidju li seħħ fl-ewwel sigħat tal-bidu ta’ sena ġdida.

Skont informazzjoni li kiseb dan is-sit minn fuq il-post jidher li għall-ħabta tat-3:15 p.m seħħ argument bejn żewġt irġiel fi Triq Fidloqqom fir-Rabat.

L-argument eskala u saħansitra ntużat arma tan-nar fejn ġie sparat l-ewwel tir li kien segwit minn għajjat. Sussegwentament instema’ tir ieħor bil-pulizija tikkonferma li l-vittma ntlaqat minn żewġ tiri.

Minkejja li ssejjaħ tim mediku, Borg kien iċċertifikat mejjet fuq il-post bil-Pulizija tibda minnufih it-tfittxija għall-aggressur.

Aktar kmieni: L-ewwel omiċidju tas-sena fir-Rabat

Ftit tal-ħin ilu proprju għall-ħabta tat-3.15 p.m il-pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna mejta fi Triq il-Fidloqqom fir-Rabat.

Minnufih issejjaħ tim mediku u ambulanza iżda r-raġel kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Skont l-ewwel informazzjoni jidher li l-vittma li huwa raġel għalkemm s’issa għadu mhuwiex identifikat tħalla mejjet b’tiri ta’ arma li għad trid tiġi stabbilita l-għamla tagħha. Xhieda fuq il-post qalu li semgħu tir segwit minn għajjat u tir ieħor li segwa.

L-investigazzjoni tal-pulizija għadha għaddejja filwaqt li għaddejja wkoll tfittxija għall-allegat aggressur.

Sport