Thursday, May 16, 2024

Eluf ifittxu kenn wara terremot qawwi fil-Ġappun

Aqra wkoll

Il-Ġappun ħareġ twissija dwar possibilità ta’ tsunami. Dan wara li l-pajjiż intlaqat minn terremot ta’ daqs 7.6 fuq l-Iskala Richter, li ħalla mill-inqas erba’ persuni mejtin u għexieren oħrajn midrubin. Minħabba f’hekk, ir-residenti li jgħixu fil-peninżula ta’ Noto ntalbu biex minnufih jitilqu lejn postijiet fil-għoli.

Dan ġie kkonfermat mill­awtoritajiet, li qal li dan sar bħala prekawzjoni minħabba li l-mewġ kien madwar ħames metri għoli. F’kumment lill-midja Ġappuniża, l-istess awtoritajiet tal-pajjiż, qalu li minħabba l-istess terremot, iktar minn 30,000 familja spiċċat bla dar.

Intant, l-Awtorità tar-Regolament Nukleari tal-pajjiż qalet li ma ġew irrappurtati l-ebda irregolaritajiet minn impjanti tal-enerġija nukleari tul il-baħar tal-pajjiż. Il-pajjiż fakkar li t-terremot seħħ madwar 20 sena wara dak kbir tal-2004 li seħħ l-għada tal-Milied.

Dan it-terremot, li kien ta’ 9.1 fuq l-Iskala Richter, kien laqat diversi pajjiżi u ħalla eluf ta’ persuni mejta u mitlufa. Il-Ġappun kien ukoll wieħed minn dawk l-iktar milquta bit-tsunami, li anke kkaġunat ħsarat kbar fl-­impjant nukleari ta’ Fukushima.

Sport