Tuesday, October 22, 2024

Arrestat it-tieni suspettat b’rabta mal-qtil doppju f’Tas-Sliema

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tard ilbieraħ, għall-ħabta tal-11:00 p.m il-Pulizija mis-sezzjoni tar-Reati Maġġuri arrestaw raġel ieħor suspettat li kien involut fil-qtil doppju f’Tas-Sliema.

Il-Pulizija kellha informazzjoni li persuna involuta f’dan id-delitt kien qed jistaħba ġewwa lukanda fil-Gżira. Wara ħin fuq il-post isegwu l-movimenti tiegħu, il-post ġie ċċirkondat u bdiet l-operazzjoni. Malli r-raġel induna bil-preżenza tal-Pulizija huwa pprova jaħrab iżda kien arrestat immedjatament.

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri  aktar kmieni qal li jinsab infurmat li kien hemm iktar żviluppi b’rabta mal-omiċidju doppju li seħħ il-ġimgħa li għaddiet f’Tas-Sliema.  

Camilleri qal li jirriżulta li matul il-lejl kien hemm arrest ta’ persuna oħra. Il-Ministru qal li jinsab sodisfatt immens bir-rieda u d-determinazzjoni li qed juri l-Korp tal-Pulizija fit-twettiq tal-ħidma tiegħu.

Intant, Daniel Muka mistenni jitressaq il-Qorti dalgħodu mixli b’għadd ta’ akkużi fosthom bl-akkużi ta’ qtil doppju. 

Huwa ġie arrestat f’operazzjoni konġunta fil-Furjana t-Tlieta wara nofsinhar.

https://www.facebook.com/DrByronCamilleri/posts/3295490513831799

Sport