Wednesday, April 24, 2024

Jintbagħat tliet snin ħabs wara li ammetta li wettaq hold-up minn stabbiliment f’Bormla

Aqra wkoll

Pier Paul Buttigieg ta’ 45 sena residenti Tal-Pietà tressaq il-Qorti akkużat li wettaq hold-up minn ġewwa l-istabbiliment Izibet li jinsab fi Triq Dom Mintoff f’Bormla.

Il-każ seħħ nhar l-14 ta’ Marzu 2020.

Huwa kien mixli wkoll li żamm lil Samuel Ben Daoud kontra l-volonta tiegħu, li kellu sikkina fil-pussess tiegħu u li sar recediv.

Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih bil-Magistrat Victor Axiak jikkundannah piena komplessiva ta’ tliet snin ħabs. Fl-istess waqt huwa tpoġġa ukoll taħt ordni ta’ trattament. Huwa kien immultat ukoll is-somma ta’ €116.47c.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Lydon Zammit u Eman Hayman filwaqt li l-imputat kien assistit mill-avukat tal-għajnuna legali Dr Christopher Chircop.

Ir-raġel prova jaħrab minn fuq il-bjut kif innota l-preżenza tal-Pulizija

Raġel li kien ilu mfittex għal dawn l-aħħar sitt ġimgħat kien arrestat ilbieraħ f’residenza fiż-Żurrieq fil-post fejn allegatament kien qed jistaħba.

Ir-raġel ta’ 45 sena residenti Birkirkara kien imfittex b’rabta ma’ serq minn pompi tal-petrol, serq minn vetturi u serq ieħor fosthom hold up li sar f’ħanut f’Bormla fis016 ta’ Marzu li għadda.

Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija ntqal li kif dan ir-raġel nduna bil-preżenza tagħhom, ipprova jaħrab billi beda jaqbeż minn fuq il-bjut tar-residenzi. Il-Pulizija segwewh u arrestawh ftit wara.

Huwa ttieħed fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana u se jkun qed jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-11:00 a.m quddiem il-Maġistrat Victor Asciak. 

Sport