Raġel ta’ 44 sena residenti Ħal Tarxien ġie arrestat b’rabta ma’ allegat kultivazzjoni ta’ pjanti tal-kannabis.
Ilbieraħ, għall-habta tas7.00pm, persuna għamlet rapport fl-Għassa ta’ Ħaż- Żabbar, li sabet xi oġġetti neqsin mir-residenza tagħha u indikat min allegatament seta’ kien involut.
Għaldaqstant, il-pulizija tkellmu ma’ din il-persuna u flimkien miegħu, marru fir/residenza tiegħu f’Ħal Tarxien biex issir tfittxija. Hemmhekk il-pulizija innutaw ammont konsiderevoli ta’ pjanti tal-kannabis li kienu qegħdin jiġu kkultivati, waqt li ġew elevati iżjed minn €15,000 fi flus kontanti.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello LL.D ġiet infurmata bis-sejba u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.