Wednesday, December 25, 2024

Arrestata l-persuna li x’aktarx qatlet minorenni ta’ 11-il sena fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

Il-misteru tal-omiċidju ta’ minorenni ta’ 11-il sena jidher li wasal biex jissolva wara li t-Tlieta li għadda, Marvin C. McClendon Jr — raġel ta’ 74 sena, ġie arrestat b’rabta ma’ dan id-delitt.

Skont evidenza li nstabet, Melissa ngħatat daqqiet bi strument bil-ponta u ntlaqtet minn ferrovija.

Melissa Ann Tremblay. Ritratt: Essex D.A.

Melissa Ann Tremblay kienet instabet mejta l-għada tal-għajbien tagħha f’rail yard f’Massachusetts, l-Istati Uniti. Hija dehret l-aħħar fil-11 ta’ Settembru tal-1988, meta marret fi klabb soċjali m’ommha u mal-għarus t’ommha fil-belt ta’ Lawrence. Hija sparaxxiet ftit tal-ħin wara li ħarġet tilgħab waħidha.

Ekonomija

Sport