Wednesday, April 24, 2024

Arrestati 3 persuni b’rabta ma’ importazzjoni ta’ droga

Aqra wkoll

Żewġ Taljani ta’ 44 sena u 40 sena, u Albaniz ta’ 40 sena, li allegatament jiffurmaw parti minn grupp ta’ kriminalità organizzata, ġew arrestati b’rabta ma’ traffikar ta’ droga.

Permezz ta’ investigazzjonijiet intensivi li saru fl-aħħar jiem, il-Pulizija ġabret informazzjoni li allegatament kien se jsir trasferiment ta’ droga f’pajjiżna. Sa minn knieni s-Sibt filgħodu, il- Pulizija bdiet osservazzjoni fuq vettura li fiha kien hemm Taljan ta’ 44 sena.

Wara xi ħin, il-pulizija ċċirkondaw il-vettura f’San Pawl il-Baħar u minn tfittxija f’basket nstabu għaxar pakketti li b’kollox jammontaw għal għaxar kilos (10kg) sustanza suspettata droga kokaina. Fl-istess ħin, il-pulizija kompliet bl-osservazzjoni fuq iż-żewġ persuni l-oħra, fejn dawn ġew arrestati ftit tal-ħin wara f’Ħal Qormi.

Mill-investigazzjonijiet li saru jirriżulta li d-droga misjuba tlaħħaq ‘il fuq minn €1.3 miljun fis-suq.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit LL.D ġiet infurmata bis-sejba u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

It-tlett irġiel qegħdin jinżammu arrestati fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana u mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Sport