Saturday, May 4, 2024

Arrestati 3,000 persuna fil-Belarus fi protesti kontra Lukashenko …mistenni jservi għas-sitt terminu bħala President

Aqra wkoll

Matul il-lejl li għadda, fil-Belarus ġew arrestati mat-3,000 persuna hekk kif kien hemm dimostrazzjonijiet vjolenti bejn il-Pulizija u d-dimostranti. Dawn mhux qed jirrikonoxxu l-leġittimità tal-vot li ttieħed fl-elezzjoni presidenzjali, fejn Alexander Lukashenko ġie elett għas-sitt terminu presidenzjali. 

Il-kontestanta ta’ kontrih, Svetlana Tikhanouskaya ma aċċettatx il-verdett, hekk kif qalet li vot ġie mbagħbas. Hi qalet li dawn il-protesti mdemmija se jkomplu għaddejjin. 

Intant, dalgħodu l-Kummissjoni Elettorali kkonfermat li Lukashenko rebaħ bi 80% tal-vot, filwaqt li Tikhanouskaya ħabet biss 9.9%. Ħafna mhux jemmnu kemm ir-riżultati huma ġusti, peress li seta’ ġie influwenzat ukoll mill-arrest tar-raġel tal-istess Tikhanouskaya. Fosthom hemm il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż li qal li hemm indikazzjonijiet ta’ frodi fl-elezzjonijiet presidenzjali u li l-istandards minimi rikjesti ma ġewx rispettati. Kelliem għal Angela Merkel qal li l-Ġermanja esprimiet dubji serji dwar in-natura demokratika tal-vot. 

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen qalet li tikkundanna r-reazzjoni mhux proporzjonata tal-Pulizija lejn id-dimostranti. Qalet li fl-Ewropa m’hemmx post għal dawk li jimmiraw u jwaqqfu vjolentament lin-nies li jipprotestaw b’mod paċifiku. 

Sport