Monday, October 21, 2024

Arrestati mas-60 persuna li kienu qed jgħixu u jaħdmu f’pajjiżna b’mod irregolari

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem, issokta l-infurzar marbut mal-immigrazzjoni mill-Pulizija u minn uffiċjali tal-Aġenzija għas-Servizzi tad-Detenzjoni. F’din il-ħidma b’kollox ġew arrestati madwar 60 persuna, hekk kif ġie magħruf li dawn nstabu li kienu qed jgħixu jew jaħdmu fil-pajjiż b’mod irregolari.

Il-persuni arrestati ttieħdu kollha f’ċentru ta’ detenzjoni sakemm isiru t-tħejjijiet neċessarji biex jiġu ritornati fil-pajjiż tal-oriġinu tagħhom jew fil-pajjiż li għandhom permess jirrisjedu fih.

L-infruzar b’rabta mal-immigrazzjoni hu wieħed kontinwu u se jibqa’ għaddej fil-jiem li ġejjin,inkluż b’ħidma koordinata mill-Korp tal-Pulizija, flimkien mal-entitajiet l-oħra tal-immigrazzjoni, kif ukoll tax-xogħol.

Sport