Tuesday, October 22, 2024

Ħadd ma jweġġa’ wara nirien f’lukanda f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Fortuntament ħadd ma ndarab, hekk kif aktar kmieni għall-ħabta tal-10:00 a.m, lukanda li tinsab f’tas-Sliema inħakmet minn nirien. Fuq il-post intalbet l-għajnuna tal-Protezzjoni Ċiviili sabiex jintefa l-istess nar imesmmi.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li in-nar beda fit-tielet sular, fejn aktarx kien hemm xi saqqijiet. Dan is-sit jinsab infurmat ukoll illi fl-istess sular li nħakem minn nirien, qed isiruxi xogħlijiet ta’ tiswija.

Bħala prekawzjoni, ġew evakwati numru ta’ persuni mill-lukanda. Fuq il-post issejħu wkoll membri mill-Protezzjoni Ċivili u uffiċċjali tal-Pulzija sabiex jassistu.

Sport