Mistennija jitressqu l-Qorti ħamest irġiel bejn id-19 u s-26 sena wara li s-Sibt allegatament serqu minn imħażen fl-inħawi tal-Moll tal-Ħatab fil-Marsa.
Il-Pulizija rċeviet rapport is-Sibt għall-ħabta tas-1:00 am li kienu dehru xi rġiel suspettużi viċin dawn l-istess imħażen.
Il-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit (RIU) marru minnufih fuq il-post, u ġo kamra fil-kumpless tal-imħażen arrestaw l-irġiel li kienu lebsin ilbies skur u ingwanti.
Fuq il-post il-Pulizija sabu wkoll marki friski ta’ sgass ma’ żewġ imħażen, kif ukoll żewġ bolt cutters kbar.
Minnufih bdew l-investigazzjonijiet mid-Distrett tal-Ħamrun u rriżulta li l-irġiel allegatament serqu mill-istess imħażen ftit tal-ġranet qabel.
L-irġiel arrestati mistennija jitressqu għall-ħabta tad-9:30 a.m quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia.