Friday, May 3, 2024

Passiġġiera fuq mutur issofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku fl-Imqabba

Aqra wkoll

Mara sofriet ġrieħi wara li s-Sibt għall-ħabta tat-8:00 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Qrendi l-Imqabba.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Nissan Navara, misjuq minn mara ta’ 34 sena minn Ħal Qormi u mutur Peugeot Tweet misjuq minn Pollakka ta’ 28 sena. Fuq il-mutur kien hemm ukoll Pollakka oħra ta’ 28 sena.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet il-passiġġiera l-Isptar Mater

Dei għall-aktar assistenza medika.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport