Tuesday, May 14, 2024

Imutu wara waqgħa fuq vulkan Russu

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn tal-inqas sitt persuni mietu waqt li kienu qed jitilgħu l-akbar vulkan attiv tal-Eurasia, fir-reġjun ta’ Kamchatka fil-Lvant tar-Russja. Ġie rrappurtat li l-ħaddiema tas-salvataġġ ma setgħux jilħqu sitt persuni oħra fuq il-vulkan Klyuchevskaya Sopka minħabba l-maltemp. 

Tnejn mill-persuni huma maħsuba li qed jistkennu f’kamp f’3,300 metru ‘l fuq mil-livell tal-baħar u erbgħa oħra f’tinda f’4,000 metru. Dawn kollha huma ċittadini Russi. 

Il-grupp ta’ 12-il persuna, li kienu jinkludu żewġ gwidi, bdew jitilgħu l-muntanja matul il-jum tat-Tlieta. Iżda erbat ijiem wara, erba’ minnhom huma maħsuba li mietu wara waqgħa f’madwar 4,000 metru. Tnejn oħra mietu ftit wara. 

Wieħed mill-gwidi huwa rrappurtat li kiser siequ u l-kundizzjoni tal-persuni l-oħra għadha mhix magħrufa.

Sport