“Huma għandhom l-armi….aħna għandna n-numri. Dan hu l-mument tagħna. Qegħdin nirreżistu l-faxxiżmu”. Din hi għajta li tmexxiet fost għadd ta’ dimostranti li niżlu fit-toroq ta’ Los Angeles jipprotestaw kontra spezzjonijiet li l-Forzi tal-Ordni għall-Immigrazzjoni (ICE) wettqu f’Los Angeles. Il-protesti u l-preżenza qawwija ta’ forzi wassal biex it-tensjoni eskalat tant li ġurnalist intlaqat f’rasu fi sparatura mill-Pulizija waqt li kien hemm xeni ta’ vjolenza fosthom tkissir u ħruq ta’ karozzi anke tal-Pulizija.
Beth Peterson, għalliema tal-arti kienet waħda minn dawk li niżlet fit-toroq. F’kumment iddikjarat li “dan hu jum terribbli għad-demokrazija f’Los Angeles. Uffiċjali tal-ICE ħatfu nisa, ommijiet, missirijiet, żgħażagħ u oħrajn. Dawn huma nies li għamlu din il-belt b’saħħitha. Jien kont fil-protesti u rajt lil ICE, lil LAPD, lil California Highway Patrol u lill-Gwardji Nazzjonali jisparaw bullits tal-lastiku lejn nies li kienu qegħdin jipprotestaw. Esperjenza xeni ta’ gwerra.”
Il-protestanti niżlu fit-toroq ta’ Los Angeles wara li l-Forzi tal-Ordni għall-Immigrazzjoni (ICE), fuq ordni tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump, mare u għamlu rejds fuq persuni barranin f’Los Angeles. Immedjatament bdew il-protesti u dawn bdew jeskalaw, tant li imbagaħd l-istess President Donald Trump bagħat il-Gwardji Nazzjonali biex jikkontrollaw il-protesti.
Kemm is-Sibt u anke l-Ħadd kien hemm tensjoni kbira, tant li l-forzi tal-ordni kellhom jużaw il-gass tad-dmugħ biex iferrxu l-folol enormi madwar is-City Hall, il-Qorti Federali u ċ-ċentru ta’ detenzjoni li fih kienu qed jinżammu dimostranti arrestati fil-ġranet ta’ qabel. Huma wkoll imblukkaw it-toroq prinċipali.
Id-deċiżjoni ta’ Trump li jibgħat it-truppi tal-gwardja nazzjonali sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni kontra r-rieda tal-uffiċċjali li jmexxu Los Angeles xejn ma intlaqgħet tajjeb. Diversi uffiċjali kkritikaw bil-qawwi d-deċiżjoni tal-President Donald Trump u saħanistra ddeskrivewha bħala abbuż allarmanti ta’ poter.
Ir-rabja ta’ sezzjonijiet tal-protestanti kienet evidenti. Minkejja t-tkissir u x-xeni qishom ta’ gwerra, l-parti l-kbira tal-protesti li saru kienu paċifiċi.
Every Gonzalez, waħda minn dawk li kienet tipprotesta, ikkummentat li “qegħdin jgħidu li huma kriminali. Imma għalina dawk huma l-ġirien. Ħaddiema. Parti mill-familia tagħna. L-ICE qegħdin iżommu fid-detenzjoni lill-immigranti. Dawn huma immigranti li għexu hawn għal ħafna snin. Ħadmu iebes. Ħallsu it-taxxi. Spiċċaw arrestati u deportati bla twissija. Dawn huma l-istess nies li żammew il-pajjiż għaddej. Dan sar anke fil-pandemija, waqt li ħafna korporazzjonijiet ġabru l-miljuni. Ejja inkunu onesti. Dak li sar ma sarx minħabba l-immigrazzjoni, imma sar minħabba l-flus. Kumpaniji privati li jmexxu l-ħabsijiet bħal Geo Group u Core Civic, taw miljuni ta’ flus lil Trump għall-kampanja tiegħu u issa huma qegħdin jieħu ir-ritorn b’kuntratti tal-gvern biex jagħmlu detenzjoni tal-immigrazzjoni daqs li kieku kienu xi prodott. Qegħdin jagħmlu profitt minn fuq kull persona li tispiċċa maqful. Dan hu negozju. Mhux se noqogħdu siekta.”
Il-kwsitjoni kollha bdiet meta l-ICE arrest madwar 2,000 immigrant illegali fl-aħħar jiem fosthom madera 118 f’Los Angeles. Il-Ġimgħa madwar 1,000 persuna f’Los Angeles dwars il-bini tal-Pulizija Federali u attakkaw aġenti tal-ICE. Hemmhekk tħabbar li l-Gwardji Nazzjonali kienu se jintbagħtu f’Los Angeles.
Is-Sibt, it-tensjoni kompliet tiżdied u inqalgħu inċident ħdejn il-Home Depot f’Paramount u aġent federali spiċċa ferut waqt li għadd ta’ attivisti kienu arrestati. Is-sitwazzjoni kompliet sejra għall-agħar meta l-President Donald pubblikament ikkritika lil gvernatur ta’ Kalifornja Gavin Newsom u s-Sindku ta’ Los Angeles, Karen Beth u akkużahom li dawn ma wettqux dmirhom.
Il-Gvernatur Newsom u s-Sindku ta’ Los Angeles Beth ikkritikaw l-azzjoni li jintbagħtu l-Gwardja Nazzjonali bħala miżura li ma kinitx neċessarja u provokattiva. It-tensjoni kompliet tiżdied meta s-Segretarju tad-Difiża, Hegseth qal li “suldati f’bażijiet militari fil-qrib jinsabu għal lest biex jappoġġjaw l-azzjonijiet tal-President.