Thursday, March 28, 2024

Arsema nstabet u issa tinsab f’post sigur

Aqra wkoll

Il-każ ta’ Arsema li nħatfet mill-omm bioloġika tagħha u nħarġet minn pajjiżna u dan meta din kienet taħt ordni ta’ ħarsien,  kellu żvolta pożittiva għax hi instabet u issa tinsab f’post sigur.  Hi kienet inħatfet fid-9 ta’ Ottubru tas-sena li għaddiet u minn dakinhar il-ġenituri li kienu jiffosterjawha ma rawhiex aktar.

Dwar dan il-każ kienet għaddejja ħidma fil-kwiet minħabba li kien każ delikat ħafna. Filfatt kien stabbilit f’liema pajjiż qiegħda Arsema u wara finalment ġiet lokalizzata.  Fifatt fl-aħħar sigħat, it-tifla instabet fir-Renju Unit u hi għaddiet għand l-awtoritajiet tal-post. It-tifla filfatt tinsab f’post sigur.

Talk.mt hi infurmata li fis-sigħat li ġejjin għandha tiltaqa’ b’urġenza l-Qorti fir-Renju Unit biex it-tifla tintbagħat lejn pajjiżna. Mhux magħruf jekk l-omm bioloġika hux se tkun qed tinġab ukoll lejn pajjiżna. 

Il-Qorti kienet iddikjarat li minkejja li t-tifla ta’ seba’ snin inħatfet minn ommha bioloġika, dan xorta waħda hu reat.

Irid jingħad li dan il-każ kien issemma fil-Parlament ftit jiem ilu, bil-Ministru Michael Falzon jiddikjara li  “dwar il-każ ta’ Arsema ngħid li kieku ma kienx hawn min ipprova jdaħħak b’dan il-każ, jien nemmen li konna nimxu aktar. Ftit ilu iffirmajt estensjoni ta’ ordni u għalhekk tawwalna iż-żmien mal-awtoritajiet Ingliżi biex din tibqa’ fis-seħħ u jkun hemm aktar ċans biex din tinġab f’pajjiżna. Jien li nista’ ngħid li kull darba li kellhom imqar biċċa informazzjoni dejjem għaddewha l-Pulizija.” 

Ekonomija

Sport