Wednesday, April 24, 2024

Eluf ta’ persuni mistennija jattendu għall-fun run tal-President b’differenza

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn hawn u ftit tal-ħin ieħor mistennija tingħata bidu għat-12-il edizzjoni tal-President’s Solidarity Fun Run. Minkejja bosta sfidi, in-nuqqas ta’ din l-attività minħabba l-pandemija mistenni jara eluf ta’ persuni jattendu għall-edizzjoni ta’ din is-sena.

Din is-sena l-Fun Run ser tieħu forma differenti. Minflok ġirja jew mixja waħda li tiġbor lil kulħadd flimkien, se ssir mixja f’kull lokalità f’Malta u Għawdex. Dan qiegħed isir bħala parti mill-miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-firxa tal-pandemija.

Intant dawk kollha li se jkunu qegħdin jipparteċipaw f’din l-attività sportiva ta’ ġenerożità se jkunu jeħtieġu jippreżentaw iċ-ċertifikat tat-tilqim ukoll bħala parti mill-protokolli.

Sport