Wednesday, April 24, 2024

Ir-raba’ rawnd tal-kampjonat Nazzjonali tad-Drag Racing Enemed

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Bejn il-Ħamis 11 u l-Ħadd 14 ta’ Novembru, il-Malta Drag Racing Association organizzat ir-4 u l-aħħar rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tad-Drag Racing Enemed. Madwar 140 karozza, mutur, u dragsters ikkompetew fi klassijiet differenti. Barra minn hekk, Karozza Jet-Powered u t-tim Malti ta sewqan bi preċiżjoni, Team Maximum Lock, flimkien mal-kompetituri kollha, taw wirjiet spettakulari lill-folla għal erbat ijiem.

Maria Degiorgio rebħet il-klassi ta bejn 13.50 sa 13.99 sekondi, Neil Gauci rebaħ il-klassi ta bejn 13.00 sa 13.49 sekondi, Reuben Micallef rebaħ il-klassi ta bejn 12.50 sa 12.99 sekondi, Mario Scerri rebaħ il-klassi ta bejn 12.00 sa 12.49 sekondi, Dillon Lanzon rebaħ il-klassi ta bejn 11.50 sa 11.99 sekondi, Joe Ashton rebaħ il-klassi ta bejn 11.00 sa 11.49 sekondi, Gordon Cassar rebaħ il-klassi ta bejn 10.50 sa 10.99 sekondi, Dunstin Mangion rebaħ il-klassi ta bejn 10.00 sa 10.49 sekondi, Wayne Scicluna rebaħ il-klassi ta bejn 9.95 sa 9.99 sekondi,  Charlie Camilleri rebaħ il-klassi ta bejn 9.00 sa 9.49 sekondi. Fl-aħħarnett, Dennis Desira rebaħ l-aktar klassi veloċi, il-klassi ta bejn 8.00 sa 8.49 sekondi.

John Martin rebaħ l-Open Class One, filwaqt li Clint Fenech rebaħ l-Open Class Two u l-Extreme Two Class. Mark Mallia rebaħ il-Klassi CA6, u Marvic Galea rebaħ il-Front Wheel Drive Open Class. Duncan Micallef rebaħ il-Klassi Top Fuel Dragster. James Aquilina rebaħ il-Klassi SM3 u Rosello Cassar rebaħ il-Klassi PS4. Nathan Bartolo rebaħ il-Klassi D4 u l-Klassi D5, u Alan Muscat rebaħ il-klassi Top Alcohol Dragster. Mario Borg rebaħ il-Klassi D6, it-tfajjel Luca Mangion rebaħ il-Klassi Junior Dragster, Miguel Montebello rebaħ il-Klassi Outlaw ta’ Front Wheel Drive, Martin Scerri rebaħ il-Klassi Escort 2, u Ronnie Borg rebaħ il-Klassi Escort 3. Mario Borg rebaħ il-Klassi Open 6, filwaqt li George Zarb rebaħ l-Extreme Class 3 u kellu l-aħjar reazzjoni fuq id-dwal tat-tluq.

Kevin Gauci, Joe Ashton u Neil Caruana rebħu t-tliet klassijiet Index. Muturi, Briegel Micallef, rebaħ il-klassi bracket 8.50 sa 8.99 sekondi, Chris Vella rebaħ il-klassi bracket 8.00 sa 8.49 sekondi, u Brian Seychell rebaħ il-klassi bracket 9.50 sa 9.99 sekondi u index 9.5. Franklyn Borg rebaħ il-klassi Top Fuel u l-klassi open. Steve Bezzina rebaħ l-index 8.5, u Shawn Buttigieg rebaħ il-klassi outlaw.

Sport