Arsenal qed ‘iħejju offerta inizjali għall-attakkant ta’ Manchester City, Gabriel Jesus.
L-internazzjonali Brażiljan reġa’ kien player regolari għas-Citizens matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 39 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, iu rreġistra 13-il goal u 12-il assist fil-proċess.
Jesus skorja ħames darbiet fl-aħħar tliet dehriet tiegħu fil-Premier League, filwaqt li kien ukoll fuq il-lista tal-iskorers kontra Real Madrid fis-semi-finali taċ-Champions League.
Manchester City kkonfermaw l-akkwist ta’ Erling Braut Haaland mingħand Borussia Dortmund qabel is-suq tat-trasferimenti tas-sajf, madankollu, li jista’ jillimita l-azzjoni tal-Brażiljan matul l-istaġun li jmiss.
F’dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm għadd ta’ spekulazzjonijiet dwar il-futur ta’ Jesus, b’Arsenal jingħad li huma determinati li jakkwistawh matul dan is-sajf.