Wednesday, May 15, 2024

Youssoufa Moukoko segwit minn Real Madrid

Aqra wkoll

Real Madrid qed jippreparaw offerta ta’ €10m għaż-żagħżugħ ta’ Borussia Dortmund, Youssoufa Moukoko, bit-tama li jġibuh fil-Bernabeu dan is-sajf.

L-attakkant iddebutta ma’ Dortmund fl-età ta’ 16-il sena f’Novembru 2020, u lagħab 36 partita għall-club Ġermaniż, fejn skorja erba’ goals u rreġistra żewġ assists fil-proċess.

Iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena tħabat biex jassigura azzjoni regolari dan l-istaġun, għalkemm numru ta’ injuries fissru staġun frustranti għaż-żagħżugħ.

Moukoko skorja goal wieħed u pprovda żewġ assists fi 15-il dehra fil-Bundesliga dan l-istaġun, filwaqt li deher biss fi tliet okkażjonijiet fl-Europa League u ċ-Champions League.

Huwa mifhum li ż-żagħżugħ jinsab ħerqan li jħalli lil Dortmund matul is-suq tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf, u numru ta’ clubs qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq is-sitwazzjoni.

Sport