Tuesday, May 14, 2024

Eden Hazard se jibqa’ ma’ Real Madrid

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Real Madrid Carlo Ancelotti ikkonferma li Eden Hazard se jibqa’ mal-club fi tmiem is-suq tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

L-internazzjonali Belġjan reġa’ sabha diffiċli biex iħalli l-marka tiegħu għal Los Blancos matul l-istaġun 2021-22, wara li sofra numru ta’ injuries.

Hazard skurja darba biss u pprovda żewġ assists fi 22 dehra għal Real Madrid dan l-istaġun, filwaqt li ilu barra mill-azzjoni minn Marzu li għadda, wara li għadda minn operazzjoni biex titneħħielu plate tal-osteosinteżi fil-fibula tal-lemin tiegħu.

Madankollu, il-player ta’ 31 sena reġa’ qed jitħarreġ mal-ewwel team tal-Madrileni, u mistenni li jidher għaċ-champions Spanjoli qabel tmiem l-istaġun.

Hazard fadallu biss ftit aktar minn sentejn fil-kuntratt tiegħu ma’ Bernabeu, u kien hemm suġġerimenti li jista’ jkun qed iħalli lill-Galacticos fis-suq tat-trafserimenti li ġej, b’numru ta’ clubs qed jżommu ħarsithom mill-qrib fuq l-aħħar żviluppi madwar l-ex player ta’ Lille.

Sport