Sunday, November 3, 2024

Arsenal interessati f’Dani Vivian ta’ Athletic Bilbao

Aqra wkoll

Arsenal irreġistraw l-interess tagħhom fid-difensur ċentrali ta’ Athletic Bilbao, Dani Vivian.

Il-manager ral-Gunners Mikel Arteta huwa ħerqan li jsaħħaħ id-difiża tiegħu, bil-Gunners sofrew 10 goals fl-ewwel seba’ logħbiet tal-Premier League tal-istaġun.

Vivian, ta’ 22 sena, huwa wieħed minn numru ta’ players ta’ Bilbao li ġibdu l-għajn kmieni fl-istaġun, hekk kif il-club Spanjol tilef waħda biss mit-tmien logħbiet tal-La Liga tagħhom s’issa.

Arsenal “diġà qed isegwuh mill-qrib”, filwaqt li West Ham United u Wolverhampton Wanderers qed iżommu għajnejhom ukoll fuq l-Ispanjol.

Vivian għandha klawsola ta’ release ta’ €40m, li ħafna klabbs ma jkollhom l-ebda problema li jħallsu minħabba l-potenzjal tiegħu.

Imwieled fil-Pajjiż Bask, id-difensur ilu f’Bilbao mill-2016 u qatta’ l-istaġun li għadda b’self ma’ Mirandes fit-tieni diviżjoni Spanjola.

Sport