Saturday, July 25, 2026
Home Sport Arsenal iridu lil Joan Garcia

Arsenal iridu lil Joan Garcia

0
131

Arsenal mistennija jkomplu jirsistu sabiex jakkwistaw is-servizzi tal-goalkeeper promettenti ta’ Espanyol Joan Garcia. Dan tal-aħħar għandu 23 sena u jaf ikun riserva tajba għal David Raya għall-istaġun li ġej.

Il-Gunners kienu diġa’ bdew il-kuntatti miegħu fis-sajf li għadda iżda kellhom iduru għal Neto ta’ Bournemouth. Issa kif ġiet ix-xoqqa f’moxtha huma se jippruvaw jiffirmawh għas-sajf li ġej. Garcia jiswa madwar €30 miljun biex jinxtara mill-Gunners.