Monday, November 11, 2024

Arsenal jagħtu sitta … Manchester United megħluba

Aqra wkoll

F’partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet fl-Emirates Stadium, Arsenal irreġistraw rebħa kbira ta’ 6-0 fuq Sevilla, biex rebħu l-Emirates Cup.

Il-protagonista kien l-akkwist il-ġdid, Gabriel Jesus (13, 15,77) li skorja hat-trick bil-goals l-oħra jaslu minn Bukayo Saka (10 pen, 19) u Eddie Nketiah (88).

Sadanittant, f’partita ta’ ħbiberija oħra li ntlagħbet f’Oslo, fin-Norveġja, Manchester United sfaw megħluba minn Atletico Madrid bl-iskor ta’ 1-0 bl-uniku goal jiġi skorjat minn Joao Felix (86). Minuta fil-ħin miżjud, ir-Red Devils kellhom lil Fred imkeċċi.

Sport