Friday, April 26, 2024

Manchester United iżidu l-interess f’Benjamin Sesko

Aqra wkoll

Id-direttur tal-football ta’ Manchester United, John Murtough, iltaqa’ mal-aġent tal-attakkant tar-Red Bull Salzburg, Benjamin Sesko, matul il-ġimgħa li għaddiet biex jiddiskuti ftehim possibbli.

Il-futur tal-player ta’ 19-il sena dan l-aħħar kien suġġett ta’ ħafna spekulazzjonijiet, b’numru ta’ clubs jingħad li huma interessati li jiffirmawh matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf.

Jidher li r-Red Devils huma ammiraturi tal-attakkant, li skorja kontra Liverpool f’partita ta’ ħbiberija tal-pre-season l-Erbgħa filgħaxija.

Sport