Arsenal laħqu lil Tottenham (li għandhom differenza ta’ goals aħjar) fl-ewwel post tal-Premier League Ingliż b’rebħa ta’ 1-0 fuq Manchester City.
Il-partita setgħet marret kull naħa fejn iż-żewġ timijiet kellhom il-mumenti tagħhom, li iżda, l-aktar mument saljenti kienu ż-żewġ fouls koroh tal-midfielder ta’ Manchester City, Mateo Kovacic, fuq Martin Odegaard u Declan Rice fejn ingħata karta safra waħda biss.
U bil-partita kienet riesqa lejn draw, tliet minuti mit-tmiem il-Gunners skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa meta f’azzjoni veloċi, l-ballun waqa’ f’saqajn Gabriel Martinelli li x-xutt tiegħu ġie devjat minn Nathan Ake biex qarraq għal kollox bil-goalkeeper sieħbu Ederson.