Wednesday, July 24, 2024

Serie A: Roma jirreġistraw l-akbar rebħa

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Taljan, Roma komplew bil-mixja pożittiva meta barra minn darhom għelbu lil Cagliari 4-1 biex kienet l-akbar rebħa tal-ġurnata. 

Cagliari v Roma – Roma marru Sardinja u għelbu lil Cagliari bl-iskor kbir ta’ 4-0,  bil-protgonisti jkunu Houssem Aouar (19), Romelu Lukaku (20, 59) u Andrea Belotti (51). Nahitan Nandez (87) skorja l-goal ta’ konsolazzjoni għas-Sardi. 

Monza v Salernitana – Monza għelbu lil Salernitana bl-iskor ta’ 3-0, bl-iskorers ikunu Andrea Colpani (9), Samuel Vignato (18) u Matteo Pessina (82 pen). 

Frosinone v Verona – Frosine komplew bis-sensiela pożittiva meta għelbu lil Verona bl-iskor ta’ 2-1 bil-goals jaslu minn Rei­nier (45) u Matias Soule (66) filwaqt li Milan Djuric (92) naqqas il-marġni għall-viżitaturi.  

Lazio v Atalanta – Lazio rebħu partita kumbattuta meta għelbu lil Atalanta bl-iskor ta’ 3-2. 

Lazio fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn auto-goal ta’ Charles De Ketelaere (5) u Valentin Castellanos (11) iżda Ederson (33) u Sead Kolasinac (63) kisbu d-draw għall-Bergamaschi. Peró, Matias Vecino (83) skorja l-goal tar-rebħa għal Lazio

Ekonomija

Sport